Internazzjonali

Spluzjoni f’impjant fil-Germanja….Talanqas persuna mejta bl-awtoritajiet qed ifittxu ghan-neqsin

Talanqas persuna tilfet ħajjitha, b’erba’ oħra jkunu rrappurtati nieqsa b’kaġun ta’ splużjoni fil-qalba ta’ impjant tal-kimika fl-inħawi ta’ Leverkusen, fil-Germanja.

L-uffiċjali f’ Leverkusen qalu wkoll li madwar 20 oħra indarbu fl-isplużjoni li anki kkaġunat in-nirien li damu s-sigħat ma jiġu kkontrollati. Dan meta kienu telgħin dhahen kbar u kontinwi miz-zona tal-isplużjoni.

Il-pulizija avzaw lir-residenti taz-zona biex ma joħorgux minn djarhom u biex jagħlqu l-bibien u t-twieqi ta’ djarhom minħabba l-potenzjal tad-dħaħen tossici.  

Il-kaġun tal-isplużjoni fis-sit ta’ Chempark għall-ħruq tal-iskart għadu mhux magħruf, bl-iskwadri għall-emerġenzi, bħalissa, għadhom qegħdin ifittxu għan-neqsin.