Lokali Qorti

Stennija għall-eżitu tal-Inkjesta Pubblika

Fil-jiem li ġejjin r-rapport sħiħ tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia mistenni jkun ippreżentat skont it-termini ta’ referenza tal-istess Inkjesta – inkjesta illi bdiet f’Diċembru tal-2019; ix-xahar li fih twaqa’ mill-poter l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kienet nqatlet brutalment permezz ta’ karozza bomba fil-Bidnija…ftit passi ‘l bogħod minn darha lura fis-16 ta’ Ottubru, 2017…bil-Gvern iċedi għall-pressjoni li saret fuqu, u jagħti permess li tinfetaħ din l-inkjesta pubblika aktar minn sena u nofs wara l-assassinju. Dan hekk kif il-Mexxej Laburista ta’ dak iż-żmein, Joseph Muscat, kien inizjalment irreżista s-sejħa li tinfetaħ inkjesta pubblika.

Iżda x’se nkunu qed nistennew minn din l-inkjesta…u kif wasalna s’hawn?

L-inkjesta ngħatat bidu f’Diċembru 2019 u tul dawn ix-xhur l-inkjesta semgħet diversi xhieda minn kull sfera tas-socjeta’… inkluż ġurnalisti qrib ta’ Daphne Caruana Galizia li fix-xhieda taghhom spjegaw li tul il-karriera tagħha hi rċeviet diversi theddid fuq ħajjitha, kif ukoll ix-xhieda tal-qsim il-qalb ta’ binha Matthew…li rrakkonta dak li seħħ fis-16 ta’ Ottubru…kmieni waranofsinhar.

Fit-30 ta’ Settembru, Matthew Caruana Galizia kien preżenta evidenza lill-inkjesta pubblika; korrispondenza ta’ e-mails bejn l-kumpanija Henley and Partners, l-eks Prim Ministru Jospeh Muscat u Keith Schembri…fejn il-kumpanija internazzjonali bdiet tippjana biex tkisser lil Daphne Caruana Galizia. 

Taw ix-xhieda tagħhom ukoll numru ta’ investigaturi u anke politiċi fosthom Joseph Muscat innifsu, illi attakka lill-inkjesta pubblika fuq il-pedana tax-xhieda … fl-istess waqt kien qed itella l-aġġornamenti fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu għal 5 sigħat sħaħ. Tul din ix-xhieda kien saħansitra ddeskriva lil Daphne Caruana Galizia bħala “irrelevanti” kif ukoll ammetta li kien iltaqa mal-middleman Melvin Theuma fil-perjodu tal-Milied.

Taw ix-xhieda tagħhom ukoll Konrad Mizzi li ma wieġeb għall-ebda domanda iżda insista li ma kellu x’jaqsam xejn mal-assassinju u l-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru, Keith Schembri…li tul ix-xhieda tiegħu ċaħad li l-Electogas u l-kumpanija 17 Black kellhom xi ħaġa x’jaqsmu flimkien iżda ammetta li kien hu stess li kien informa lil Joseph Muscat li sid il-kumpanija f’Dubaj kien Yorgen Fenech….filwaqt li ammetta wkoll li kien ilu jaf li n-negozjant kien susspettat b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista sena qabel ma kien arrestat.

Tul l-inkjesta pubblika…il-middleman fil-komplott tal-qtil, Melvin Theuma, kien xehed kif Fenech kien jingħata informazzjoni dwar il-kaz kemm minn Keith Schembri kif ukoll mill-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta. 

Issa, din l-inkjesta giet ufficjlament konkluza u mistennija ssir pubblika dalwaqt.

Il-Bord kien maghmul mill-eks Imhallef Michael Mallia, l-eks Prim Imhallef Joseph Said Pullicino, u l-Imhallef Abigail Lofaro.