Lokali Qorti

Traffikant tal-persuni kundannat tliet snin ħabs

Raġel spiċċa l-ħabs fuq akkużi ta’ traffikar tal-persuni, wara li ammetta li għen lill-migranti jitilqu minn Malta illegalment. Omar Adam, 26 sena, residenti Ħaż-Żabbar, u li huwa mis-Somalja, ġie kundannat tliet snin ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjubin kontrih.

Adam ammetta quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia wara li tressaq mill-Ispettur Karl Roberts, li qal lill-Qorti li l-Pulizija aġixxew fuq ‘tip off’ u arrestaw lir-raġel. Huwa ġie akkużat li fl-20 ta’ Lulju u fix-xhur ta’ qabel kien assista lil xi nies biex jidħlu jew jitilqu minn Malta illegalment, għall-flus.

Huwa ġie mixli wkoll li għen fid-dħul illegali f’Malta, li għamel dikjarazzjoni falza f’dokument pubbliku u li għamlet rapport falz mal-Pulizija. Fid-dawl tal-ammissjoni tiegħu, il-Qorti kkundannat lil Adam għal tliet snin ħabs għar-reati. L-Avukat Charmaine Cherrett kienet avukat tal-għajnuna legali għall-imputat.