Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli, Ryan Callus, l-Oppożizzjoni għamlet referenza għall-fatt li l-Gvern Laburista qiegħed jistudja r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Il-Partit Nazzjonalista qal li wara li l-Labour għamel xhur jgħid li dan kien rapport draft illeakjat li mgħandux ikun
ikkunsidrat, f’tentattiv li jirredikola l-Oppożizzjoni, illum il-Gvern kellu jibla’ kliemu u f’Uturn ħarbitlu li qiegħed jeżamina l-istess “draft report” li kien kritika hu stess. B’hekk il-Labour qiegħed jistudja s-serq li wettaq hu stess għax inqabad jisraq.
Din hi l-ironija tal-Labour, qal il-Partit Nazzjonliasta, li l-ewwel jirredikolak u wara jigi jaqbel miegħek. Iżda ta’ dan kollu
tkompli tħallas int ma’ kull ġurnata li tgħaddi u tkompli tinsteraq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma
tiegħek.
Il-Partit Nazzjonalista reġa’ tenna l-wegħda tiegħu li jirranġa l-mekkaniżmu li bih jinħadmu lkontijiet sabiex inraħħsu l-kontijiet b’madwar €6 miljun fis-sena u jħallas b’lura aktar minn €50 miljun fi ħlasijiet żejda li saru mill-2013 sal-llum.