Internazzjonali

Vatikan: Kardinal jibda għaddej ġuri dwar każ ewlieni ta’ frodi

epa08695590 (FILE) - Substitute of the Vatican Secretary of State and Special Delegate for the Sovereign Military Order of Malta from Italy, Giovanni Angelo Becciu during the Ordinary Public Consistory mass to create 14 new cardinals from 11 countries in Saint Peters Basilica at the Vatican, 28 June 2018 (reissued 25 September 2020). The Holy See has announced that Cardinal Giovanni Angelo Becciu has unexpectedly resigned from his office. Cardinal Becciu was involved in a controversial deal of purchasing a luxury building in London with church funds. The transaction has since been the subject of a financial investigation. EPA/CLAUDIO PERI

Kardinal Kattoliku li darba kien alleat kbir tal-Papa Franġisku qed ikun ipproċessat fuq akkużi dwar użu qarrieqi ta’ fondi tal-Knisja għal proġett tal-proprjetà fallut f’Londra.

Il-proċess għall-Kardinal Angelo Becciu qed isir f’awla tal-qorti speċjali fil-Mużewijiet tal-Vatikan u mistenni jdum għaddej ix-xhur. Dan meta Becciu, li għandu 73 sena, hu l-aktar uffiċjal tal-Knisja influwenti li qed ikollu jwieġeb għal reati konnessi mal-finanzi fi żmenijiet moderni.

Il-Kardinal hu akkużat li nefaq mat-350 miljun ewro fuq skema falluta għax-xiri ta’ proprjetà fiz-zona ta’ Chelsea u li rriżultat f’telf ta’ flus sinifikanti. Hu, intant, qiegħed jiċħad dwar l-abbużi miġjuba kontra tiegħu.

Il-Papa Franġisku, f’Settembru, kien keċċa lil Becciu wara li ħarġu r-rapporti dwar l-abbuż fil-finanzi tal-Knisja. Dan meta investigazzjoni li damet għal sentejn żvelat kif il-Vatikan tilef il-miljuni tal-ewro – li parti minnhom kienu ġejjin mid-donazzjonijiet tad-devoti – b’kaġun ta’ investiment f’maħżen li darba kien jintuża mill-kumpanija Harrods fi Sloane Avenue, f’Chelsea.

L-investiment kien sar fl-2014, u meta l-Kardinal kien responsabbli mid-donazzjonijiet lis-Segretarjat li jieħu ħsieb il-fondi tal-Vatikan.

L-akkużi kontra Becciu jinkludu allegazzjonijiet li hu kien għadda l-flus lin-negozji ta’ ħutu bażati f’Sardinja, fl-Italja.

Intant, hemm disa’ imputati oħra li qed jiffaċċjaw akkużi dwar reati li jinkludu frodi, rikatt, ħasil ta’ flus u abbuż tal-karigi rispettivi.