Lokali

Appell mid-direttorat għas-saħħa ambjentali sabiex ma jintużawx dawn il-prodotti

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l- Għalf, l-prodotti tad-ditta ‘Muschie’, li jinkludu jinkludu platti u tazzi għat-trabi magħmula mis-silikon, b’kuuri differenti, m’għandhomx jiġu użati minħabba migrazzjoni eċċessiva ta’ ‘volatile organic constituents’ u li mhumiex konformi ma’ regolamenti tal-UE. 

‘Volatile organic constituents’ jiġu emessi bħala gassijiet minn kimiċi li bihom jiġu manifatturati prodotti li jintużaw ta’ kuljum fid-dar, bħal żebgħa, kolla, etċ. u li jistgħu jkunu ta’ ħsara speċjalment meta l-bniedem ikun espost għalihom fit-tul.