Mill-bidu ta’ din s-sena sal-lum, inħarġu aktar minn 22,000 multa b’rabta mal-infurzar tar-regoli tal-COVID-19. Din l-istatistika li kiseb Net News tinkludi fiha l-multi kollha li nħarrġu mill-forzi tal-ordni tul din it-tieni sena tal-pandemija.
Matul is-sena 2021, il-Pulizija u l-LESA ħarġu aktar minn 11,000 multa b’rabta ma’ ksur ta’ liġi fejn jidħol l-użu obbligatorju tal-maskri.
L-istatistika turi li aktar minn 2,000 persuna inqabdu jiksru regoli marbuta man-numru ta’ persuni fi gruppi akbar minn dawk permissibli mill-ligi, kemm fuq ġewwa u anke fuq barra.
F’kummenti lil dan l-istazzjon l-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri, saħaq li l-Pulizija għaddejja b’ħidma biex tidentifika l-persuni li għamlu protesta kontra l-vaċċin tal-Coronavirus, fil-Belt Valletta.
In-numri li kiseb Net News juru li fl-ewwel sitt xhur tas-sena inħarġu 30 multa lill-persuni li organizzaw attivitajiet tal-massa. Dan in-numru żdied matul Lulju u jista’ jkun li n-numri jkompli jitilgħu hekk kif aktar investigazzjoni tkompli għaddejja.
//= $special ?>