Lokali

“Full marks” għal studenti li ma attendewx l-iskola

Skond ir-rapport tal-MUT, studenti tal-iskola sekondarja li ma attendewx għal-lezzjonijiet ġew mgħotija l-ogħla marka ta’ valutazzjoni possibbli f’ċerti suġġetti. Dan kollu sar mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni minn wara dahar l-għalliema. Jidher illi d-Dipartiment tal-Edukazzjoni ħareġ marka proġettata’ għall-studenti assenti mingħajr ma ikkonsulta lill-għalliema.

Wara li l-għalliema rrealizzaw li r-riżultati finali tal-istudenti tal-Ħdax-il sena ma jirriflettux dak li ngħataw mill-iskola tagħhom, talbu sabiex isir inkjesta mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Għalliem li ġie affettwat b’dan stqarr li “huwa redikolu li studenti tal-arti li din is-sena li qatt ma attendew l-iskola jiġu fl-ewwel post.”

Il-MUT qalet li l-istudenti li ngħataw il-marki ma kinux preżenti, la personalment u lanqas virtwalment, u sostniet li din s-sitwazzjoni hija “daqqa ta’ ħarta għas-sistema edukattiva kollha ”.

Meta staqsa dwar il-validità tal-marki, il-president tal-MUT Marco Bonnici tenna li l-kwistjoni hija inkwetanti ħafna minħabba li l-għalliema ġew bypassed meta nħarġu l-valutazzjonijiet. Huwa qal li l-MUT bdiet tiġbor l-evidenza u se tgħaddi l-informazzjoni kollha sabiex tibda l-inkjesta stabbilita mill-Ministeru tal-Edukazzjoni 

Marco Bonnici qal li ma jafx kemm il-student ġie affetwat b’dan iżda qal li l-board tal-inkjesta għandu jinvestiga l-estent ta’ dan.

L-għalliem li tkellem ma’ Net News irrimarka li studenti li attendew l-iskola u għamlu l-eżami annwali tagħhom kisbu marki inqas mill-marka mbassra mogħtija lil dawk li ma attendewx. “Dan mhux ġust fuq studenti li qagħdu għall-eżami u jnaqqas il-kredibilità professjonali tal-għalliema.”  L-għalliem sostna wkoll li fatt inkwetanti ieħor hu li dawn l-marki ġew ippubblikati f’isem l-għalliema.

Huwa qal li s-sistema online ma tindikax li hija marka mbassra mogħtija minn uffiċjali oħra u mhux mogħtija mill-għalliem. Għalhekk l-ġenituri u l-istudenti li ma jkunux jafu dwar il-marka mbassra jaħsbu li l-għalliema ma kinux jafu x’qed jagħmlu, billi jagħtu marki lil dawk li ma attendewx.

Skond l-għalliem, ir-raġunament wara dan kien “li ma jkollokx iċ-ċertifikat tat-tluq mill-iskola mingħajr marka”.