Lokali Saħħa

Ġuvni ta’ 16 il-sena preżenta s-somma ta’ €10,000 lil Puttinu Cares

Tommy Wallbank, ġuvni ta’ sittax il-sena , ppreżenta is-somma ta’ €10,000 lil Puttinu Cares. Dan wara li ġera 1,000km, biex iffakkar il-memorja ta’ Rebecca Zammit Lupi, li mietet ftit tax-xhur ilu.

Wallbank ġie deskritt bħala ‘champion’ u żagħżugħ illi hu ta’ ispirazzjoni għal bosta.

Din id-donazzjoni ser tgħin lil Puttinu Cares biex ikomplu jgħinu aktar pazjenti u kif ukoll għall-proġett il-ġdid ta’ Puttinu f’Londra.