Knisja Lokali

Il-mewt ta’ Fr Nicholas Cachia tħalli vojt kbir

Tard illejla tħabbret il-mewt ta’ Fr Nicholas Cachia illi miet fil-JFK Medical Centre fi Florida.

Fr Nicholas kellu 59 sena u kien ilu jgħix l-Amerka għal dawn l-aħħar 6 snin, bl-aħbar tiegħu tħalli dieqa kbira partikolarment fost il-komunità tas-Siġġiewi u l-ħbieb kollha li kienu jafuh.

Fl-aħħar post tiegħu li kienet fit-8 ta’ Lulju, Fr Nicholas irringrazzja lil Alla għat-33 sena tiegħu fis-saċerdozju, u li għenu jibqa’ jkun pożittiv u dejjem jgħid iva għas-sejħa tiegħu.

L-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna ddeskriva lil Fr Nicholas bħala persuna ddedikata u qassis ġeneruż.