Lokali Qorti

Immultati €900 kull wieħed fuq ċertikat falz tal-COVID-19

Żewġ żgħażagħ imwielda Londra ammettew quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li t-Tlieta, 27 ta’ Lulju waslu Malta b’ċertifikat falz tal-COVID-19. Ayoub Mohammed Abdulahi ta’ 23 sena u Ahmad Jihad Jibreel Qundil ta’ 22 sena. L-Ispettur Hubert Gerada li ressaq liż-żgħażagħ qal li huwa kien infurmat minn naħa tad-Dwana tal-Ajruport li Abduluhi u Qundil kellhom ċertifkat elettroniku tal-COVID-19 li kien fuq isem ħaddieħor u mbagħbas minnhom.

Wara li ammettew u ngħataw ċans mill-Qorti biex jaħsbuha sew, l-akkużati ammettew ir-reati bl-Avukat tal-Għajnuna Legali Christopher Chircop jitlob lill-Qorti biex jekk jista’ jkun ma jingħatawx sentenza sospiża, minħabba li din tista’ tkun ta’ dannu għall-kondotta tagħhom. Issemma’ wkoll il-fatt li ż-żgħażagħ għandho kondotta nadifa.