Lokali

Jidħol grupp ieħor ta’ immigranti; it-tieni wieħed f’temp ta’ tliet ijiem

S'issa f'Lulju diġa' daħlu 161 immigrant f'pajjiżna

It-temp sabiħ tas-Sajf qed ikompli jwassal biex aktar immigranti jagħżlu li jitilqu minn pajjiżhom u jaqsmu lejn l-Ewropa. Bl-armata Maltija issalva grupp ieħor ta’ 37 immigrant.

Dan l-aħħar grupp ta’ immigranti iddaħħal f’Boiler Wharf ftit tal-minuti wara nofs-il lejl.

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, grupp ieħor ta’ 46 immigrant iddaħħal Malta wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta. Il-proċess biex dawn l-immigranti jinġiebu f’pajjiżna beda kmieni matul il-jum tat-Tnejn meta l-AFM ħarġu ‘l barra fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta wara li daħlu rapporti li l-immigranti setgħu kienu f’diffikultà.

Dawn l-immigranti għadhom qed jinżammu f’pajjiżna, bit-total ta’ dawk li waslu s’issa f’temp ta’ tliet ijiem jgħodd 83.

Ma’ dawn, iridu jiżdiedu it-78 immigrant li daħlu Malta fl-14 ta’ Lulju li għadda.