Raġel ġie arrestat wara li nqabad jifqa’ windscreen u tieqa tal-passiġġier ta’ karozza biex jisraq xi oġġetti minnha biswit il-Posta fi Triq il-Vitorja, Ħal Qormi, għall-ħabta tal-10.15 tal-Erbgħa filgħodu.
Filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Malta Diżastru Totali jaqbad dan ir-reat filfatt hekk kif ir-raġel jidher jisraq l-oġġetti mill-karozza li allegatament ivvandalizza, inkluż basket tal-plastik abjad.
Għalkemm ir-raġel ħarab minn fuq il-post, huwa ġie arrestat ftit tal-ħin wara mill-Pulizija tal-RIU u ttieħed l-isptar għall-osservazzjoni kawża ta’ ġrieħi li ġarrab meta faqa’ l-ħġieġ tal-karozza.
L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>