Lokali

Jirritorna l-August Moon Ball

“It-tradizzjonijiet Maltin u Ghawdxin ghandhom jinzammu.”

Hekk stqarr il-President George Vella, waqt it-tnedija tal-ballu tal-qamar ta’ Awwissu.. avveniment li ilu jsir snin twal b’risq il-Community Chest Fund.

Il-President ta’ Malta saħaq li minkejja li l-Coronavirus għadu prezenti f’pajjizna, it-tradizzjonijiet tal-Maltin m’għandhomx jintilfu. Dan l-avveniment storiku għandu jsir xorta waħda bħal kull sena, izda skont il-mizuri tal-Covid maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Huwa qal ukoll li dan il-ballu se jerġa’ isir b’risq il-Malta Community Chest Fund, li l-għan ewlieni tagħha hu li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk l-individwi li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli, kemm jekk ikkawżat mill-marda tal-kanċer kif ukoll minn mard ieħor serju.

Dan il-ballu bħal kull sena isir fil-Palazz tal-Verdala izda din is-sena minflok fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu, ser ikun qed isir fil-21 ta’ Awwissu…l-aktar Sibt viċin tal-qamar kwinta ta’ Awwissu.

Kull min jattendi għal dan il-ballu huwa mitlub li juri ċertifikat tal-vaċċin inkella PCR test negattiv, filwaqt li l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju il-ħin kollu matul dan l-avveniment.

Il-President ta’ Malta saħaq li jekk is-sitwazzjoni prezenti tal-pandemija tmur għal agħar, il-ballu tal-qamar ta’ Awwissu jitħassar.