Internazzjonali

Joħorġu dettalji xokkanti ta’ dak li seħħ fil-protesti tal-Capitol

Supporters of President Donald Trump climb the west wall of the the U.S. Capitol on Wednesday, Jan. 6, 2021, in Washington. (AP Photo/Jose Luis Magana)

Erba’ uffiċjali tal-Pulizija taw xhieda emozzjonanti fl-ewwel jum tal-inkjesta dwar l-irvellijiet li kienu saru fil-Capitol tal-Istati Uniti. Fost dawn, xehed Aquilino Gonell,  uffiċjal tal-puluzija li kien ddefenda l-Capitol waqt ir-rewwixta mill-partitarji ta’ Donald Trump. Gonell, bid-dmugħ f’għajnejh, qal li ħaseb li “kien ser imut” propju waqt din ir-rewwixta.

Uffiċjal ieħor, Harry Dunn, li huwa ta’ karnaġjon skur sostna li dakinhar safa vittma ta’ abbuż razzjali.

Mill-inqas 535 persuna ġew arrestati wara l-attakk li kien seħħ propju fis-6 ta’ Jannar li għadda, u li ħalla ħamsa mejtin fosthom uffiċjal tal-puluzija.