Lokali Qorti

“L-Inkjesta Pubblika hija għodda sabiex pajjiżna jtejjeb lilu nnifsu” – Matthew Caruana Galizia

F’retweet fuq Twitter, Matthew Caruana Galizia, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-istqarrija tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, dwar kif il-Partit se jattwa r-rakomandazzjonijiet tal-Inkjesta Pubblika mingħajr telf ta’ żmien.

Iben il-ġurnalista assassinata, Daphne Caruana Galizia, saħaq li l-Inkjesta Pubblika hija għodda sabiex pajjiżna jtejjeb lilu nnifsu. Fl-istess waqt, fir-rakomandazzjonijiet se jkun hemm lezzjonijiet għal pajjiżi oħra u tweġibiet għal kif jistgħu jiġu evitati assassinji bħal dawn, b’referenza għall-każijiet ta’ Jan Kuciak, Peter Devries, Giorgios Karaivaz u Victoria Marinova.

Matthew Caruana Galizia kien qed jirreaġixxi għal tweet tal-Kap tal-Oppożizzjoni li fiha saħaq li l-Partit Nazzjonalista se jkun hemm biex iservi u jkun ta’ eżempju.