Lokali

Meqjus null l-unur tal-onorefiċċjenza ta’ Albert Pace

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar snin dejjem qabel b’mod unanimu dwar min għandu jieħu l-unur tal-onorefiċċjenza. Iżda dan ma kienx il-każ dwar il-persuna li ngħatat dan l-unur din is-sena.

Il-membri tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi f’isem il-Partit Laburista kienu proponew li dan l-unur jingħata lill-Eks Membru Parlamentari Laburista Albert Pace. Ta’ min wieħed ifakkar li Pace fil-passat kien suġġett għal investigazzjoni tal-Pulizija… liema investigazzjoni jidher li qatt ma ġiet konkluża. Meta ttieħed il-vot dwar dan l-unur, il-voti ġew 3 bi 3. U f’dan il-każ is-Sindku ddeċieda li ma jiħux il-casting vote u Albert Pace xorta waħda jingħata dan l-unur.

L-onorefiċċjenza lil Albert Pace ngħatat xorta waħda fis-Serata Kommemorattiva li saret fit-13 ta’ Lulju li għadda. Il-unit tal-monitoraġġ ivverifika li deċiżjoni dwar din l-onorefiċċjenza ma ttiħditx meta din ġiet diskussa fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li saret fis-26 ta’ Frar ta’ din is-sena.

Id-Dipartiment tal-Kunsill Lokali qal li dan seħħ bi ksur tal-Artiklu 43 tas-Sitt Skeda tal-Att dwar Gvern Lokali li jipprovdi li l-persuna li tkun qiegħda tippresjedi tista’ tagħti l-vot oriġinali fuq kull suġġett li jkun ġie għall-votazzjoni u fil-każ fejn il-voti jiġu ndaqs jista’ jagħti l-casting vote ukoll jekk ikun vot oriġinali. F’dan il-każ, dan ma seħħx u allura ma kienx hemm riżoluzzjoni tal-kunsill. Bis sindku jibqa’ jipproċedi bid-deċiżjoni minkejja li kellu risposta mid-Direttur tal-Gvern Lokali

Għalhekk wara pressjoni li saret miIl-membri tal-Kunsill Lokalita tas-Siġġiewi f’isem il-Partit Nazzjonlista din l-inorefiċċjenza ġiet meqjusa bħala nulla.