Lokali

M’għandux ikollna ‘Mini-Awtoritàjiet tas-Saħħa’

Il-UĦM Voice of the Workers qed tirċievi diversi ilmenti minn ħaddiema minħabba proċeduri rigward miżuri tal-Covid-19 fejn kull post tax-xogħol qed jieħu l-inizjattiva li joħroġ ir-regoli tiegħu. Dan qed iġib konfuzjoni sħiħa fil-postijiet ta’ xogħol u juri biċ-ċar li minflok il-pajjiż qed jaddotta strateġija waħda, kull post ta’ xogħol qed iġib ruħu daqs li kieku huma xi Mini-Awtorità tas-Saħħa Pubblika.

Din il-Union dejjem ħeġġet lill-ħaddiema jkunu konformi mal-policies u proċeduri li joħorġu mill-Awtoritajiet ta’ Saħħa u mhux lesta taċċetta policies dwar is-saħħa pubblika li jiġu mfassla mill-postijiet tax-xogħol.

Waqt li l-Union tappella biex ikun hemm diskussjoni u li r-raġuni tipprevali, f’każ li dan ifalli lesta li tieħu kull azzjoni industrijali meħtieġa.

Ikkummenta

Tags