Lokali

“Naħdmu flimkien sabiex jingħalaq dan il-kapitlu ikrah fl-Istorja ta’ Malta” – Bernard Grech

“Nixtieq li flimkien nieħdu l-impenn li, fil-Kamra tar-Rappreżentanti, nirrispondu għal din l-inkjesta permezz ta’ azzjonijiet konkreti li jagħlqu darba għal dejjem dan il-kapitlu ikrah tal-istorja tal-Maltin.”

Kien dan il-kontenut ta’ ittra li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kiteb lill-Prim Ministru b’rabta mal-inkjesta pubblika dwar l-assissinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li mistennija tiġi ppublikata fil-jiem li ġejjin.

Fl-ittra tiegħu l-Kap tal-Oppiżizzjoni saħaq li l-prioritá ewlenija tiegħu hi dik it-tbatija kollha li għaddew minnha dawk kollha qrib Daphne Caruana Galizia ma tkunx inutli iżda jwasslu għall-bidla għall-aħjar fid-demokrazija ta’ Malta.