Fil-cross country mountain bike success uniku għall-Iżvizzera. Tlett ċiklisti Żvizzeri fuq il-podju għall ewwel darba minn meta l-mountain bike daħal fil-programm Olimpiku f’Atlanta fl-1996. Fi tmiem il-korsa ta’ 20.5 kilometri f’Izu lil hinn mill-muntanja Fuji, fl-ewwel post daħlet JOLANDA NEFF f’1 siegħa 15 minuta 46 sekonda li ssuperat lil SINA FREI b’minuta u ħdax il-sekonda b’LINDA INDERGAND tidħol fit-tielet post tmien sekondi wara Frei.
//= $special ?>Olimpjadi – Ċikliżmu: L-Iżvizzera tiddomina l-podju fil-mountain bike
28 ta' Lulju 2021