Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Għawm: Iċ-Ċina joddominaw l-għawm sinkronizzat

(Ritratt: EPA)

Għawwiema Ċiniżi żammew ir-rekord ta’ 100% suċċess Olimpiku meta mill-ġdid iddominaw id-diving sinkronizzat minn pjattaforma ta’ 10 metri. Għaċ-Ċina l-uniku diżappunt wasal mis-suċċess Britanniku permezz ta’ Tom Daley u Matty Lee fil-kategorija tal-irġiel. Fil-finali fit-Tokyo Aquatics Centre il-midalja tad-deheb intrebħet minn CHEN YUXI li għad għandha 15 il-sena u ZHANG JIAQI li għandha 17 il-sena. Huma rebħu b’total ta’ 363.78 punt. Fit-tieni post Jessica Parratto u Delaney Schnell tal-Istati Uniti bil-midalja tal-bronż għal Agundex Garcia u Orozco Loza tal-Messiku.