Lokali

Sitt xhur ħabs għal tnejn li waslu Malta u ieħor li kien se jitlaq b’dokumenti foloz

Żewġ Sirjani u Sudaniż ġew kundannati sitt xhur ħabs kull wieħed mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras wara li ammettew li kellhom fil-pusses tagħhom dokumenti foloz. Nassr Jaber ta’ 30 sena u Hamid Afou ta’ 22 sena ammettew li waslu Malta mill-Greċja nhar it-Tlieta 27 ta’ Lulju.

Huma ammettew li kellhom dokumenti mbagħbsa u falsifikati. Sadanittant Mohamed Osman ta’ 23 sena nqabad fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta l-Erbgħa, filgħodu 28 ta’ Lulju, jipprova jitlaq lejn Bergamo, l-Italja b’karta ta’ identità falza. Il-Qorti minbarra l-piena tal-ħabs ordnat il-konfiska tad-dokumenti. Il-Prosekuzzjoni tmxxiet mill-Ispettur tal-Immigrazzjoni Hubert Gerada filwaqt li l-Avukat Christopher Chircop deher għall-akkużati bħala avukat tal-għajnuna legali.