Lokali Qorti

Suspett mill-Pulizija li żewġ koppji ġew Malta mill-Greċja għal skopijiet malinni

Żewġ koppji b’żewġ itfal li ġew mill-Greċja li tressqu b’akkużi li waslu Malta b’dokumenti foloz qed iħassbu lill-Pulizija mhux ftit. Ir-raġuni hija li ż-żewġ nisa li waslu Malta u li huma mit-Turkija kienu libesin jeans filwaqt li huma jilbsu lbies imsejjaħ ‘hijab’. Dawn kellhom żewġ ‘boarding passes’ għal Brussel, fil-Belġju.

Il-Pulizija mhijiex konvinta li dawn huma koppji u se jkomplu jistħarrġu l-każ fejn jidher li hemm dubju wkoll hekk it-tfal humiex vera tagħhom. Iż-żewġ nisa u ż-żewġ irġiel ammettew l-akkużi miġjubin kontrihom dik ta’ falsifikar ta’ dokumenti foloz ġew ikkunannati sitt xhur ħabs kull wieħed. Il-Prosekuzzjoni għamlet l-arranġamenti tagħha biex it-tfal fin-nuqqas tal-ġenituri tagħhom se jkunu mgġejjuna mill-Aġenzija Appoġġ.

In-nisa waslu Malta nhar it-Tnejn, 26 ta’ Lulju flimkien ma’ żewġt irġiel wieħed mill-Alġerija u l-ieħor mill-Libja. Rabia Yavuz kellu żewġ karti tal-identità foloz Franċiżi filwaqt li Muzak Deneri kellha żewġ karti tal-identità foloz Taljani u wara nstabu fuqhom ukoll karta tal-identità Rumeni. Fuq in-nisa instabu wkoll il-karta tal-identita propja tagħhom.

Fil-każ tal-irġiel Yousef Hammat, iwieled l-Alġerija u Mohammed Lassad Birki, imwieled il-Libja, imma residenti l-Greċja dawn instabu fuqhom dokumenti foloz, tal-ewwel Franċiż u Birki, dokument Taljan. L-Avukat Christopher Bartolo qal fil-Qorti li l-intenzjoni tal-ġenituri li huma għalliema kienu oriġinarjament mit-Turkija fejn is-sitwazzjoni mhijiex waħda feliċi.

Qal li l-iskop tagħhom li jitilqu mill-Greċja għal Malta biex imbagħad imorru Brusell għal ħajjar aħjar. Qal li mhux sew li dawn jiġi separati minn mal-ġenituri tagħhom. L-Ispettur Karl Roberts qal li dawn ġew mill-Greċja u mhux mis-Somalja u għalhekk ma ġewx għax kienu ddisprati. Qal ukoll li d-deċiżjoni li jitilqu mill-Greċja, kienet tal-ġenituri maskili. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Karl Roberts.