Coronavirus Lokali Saħħa

Żewġ vittmi oħra tal-COVID-19 ta’ 95 u 86 sena

Imħabbra 91 każ ġdid ta' COVID-19 biex il-każi attivit jlaħħqu l-2,194

Il-vittmi tal-COVID-19 telgħu għal 423 hekk kif fil-bullettin mediku tal-Erbgħa fuq Facebook tħabbru 2 vittmi rġiel tal-COVID-19, wieħed ta’ 95 u ieħor 86 sena.

Fl-aħħar 24 siegħa tħabbru 91 każ ġdid ta’ COVID-19 biex il-każijiet attivi issa jlaħħqu mal-2,194, bl-età medja fost dawk pożittivi baqgħet tiela’ għal 35 sena. Dan minn fost 3,862 swab test matul il-ġurnata tat-Tlieta biex it-total ta’ każijiet pożittivi minn Marzu tal-2020 issa jlaħħqu it-33,995.

Minkejja dan, għadu mhux magħruf kemm minn dawk pożittivi ħadux il-varjant Delta jew le inkella kinux imlaqqma bit-tilqima tal-COVID-19 hekk kif il-konferenza tal-aħbarijiet tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika twaqqfu ħesrem.

Intant, bi tnaqqis ta’ 36 każ attiv, fil-paġna tal-Ministeru tas-Saħħa tħabbru ukoll li mal-125 persuna fiequ mill-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li ġew amministrati 3,758 tilqima lbieraħ.

F’din it-73 ġimgħa tal-pandemija f’pajjiżna, s’issa kienu 483 persuna li laqtu l-Coronavirus, b’36 il-pazjenti bil-COVID-19 li qed jieħdu l-kura l-isptar Mater Dei, b’persuna minnhom qed jieħdu l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.