Futbol Sport

Ben White viċin li jingħaqad ma’ Arsenal

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li Ben White mistenni jsir plejer ta’ Arsenal fil-jiem li ġejjin hekk kif intlaħaq ftehim bejn Arsenal u Brighton fuq is-somma ta’ €50 miljun għad-difensur Ingliż. Ben White jidher li diġa sarulu t-testijiet mediċi filwaqt li mistenni jiffirma kuntratt ta’ 5 snin sal-2026.

White kien parti importanti mit-tim ta’ Brighton li rnexxielu jżomm postu fil-Premier League. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh ukoll biex jikseb post fl-iskwadra Ingliża għall-Euro 2020, fejn ma kienx utilizzat mill-kowċ Gareth Southgate.