Futbol Sport

Birkirkara eliminati wara l-għoti tal-penalties

BIRKIRKARA …………. 1 (4)

OLIMPIJA LJUBLJANA …….. 0 (5)

Birkirkara: D.Fernandes, C.Attard, O.Carniello, E.Pepe, J.Macedo, C.Bonanni, D.Venancio, Y.Yankam, K.Zammit, F.Falcone, L.Montebello

Olimpija: N.Vidmar, E.Boakye, U.Korun, A.Mlinar, E.Gliha, N.Kapun, T.Tomic, S,Petrov, S.Seslar, Aldair, M.Nukic

Referee: B.van Driessche

Assistenti Referees: Y.De Neve, K.Monteny

Minkejja li rebħu l-konfront fis-Centenary Stadium bl-iskor ta’ 1-0, Birkirkara spiċċaw eliminati minn Olimpija Ljubljana wara l-għoti tal-penalties, hekk kif fis-Slovenja kienu tilfu l-ewwel leg bl-istess skor.

Birkirkara skorjaw il-gowl uniku tal-partita fis-27 minuta permezz tal-akkwist Diego Venancio li bi ġmiel ta’ freekick għeleb lil Vidmar għal 1-0. L-iskor baqa’ ta’ gowl vantaġġ għal Birkirkara matul id-90 minuta bil-partita tmur għall-ħin barrani. Madanakollu, fil-ħin barrani iż-żewġ timijiet dehru li kienu xi ftit għajjenin, b’Birkirkara jagħrfu jikkontrollaw il-pressjoni ta’ Olimpija, bil-partita tmur għall-għoti tal-penalties.

Għal Birkirkara skorjaw E.Pepe, D.Venancio, J.Bezzina, L.Aguirre, falla P.Mbong.

Għal Olimpja skorjaw T.Elsnik, D.Spehar, T.Tomic, E.Ostrc, Aldair