Lokali

Carmelo Abela jfarfar mir-responsabbilita’

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela għażel li jfarfar mir-responsabbiltà tiegħu bħala membru tal-Kabinett tal-Ministri u Deputat Parlamentari hekk kif mistoqsi minn Net News jekk hux se jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fir-rapport tal-Inkjesta Pubblika…b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Minflok, huwa farfar u rabat id-deċiżjoni tiegħu ma dik tal-Prim Ministru Robert Abela.

Sagħtejn wara…pajjiżna qara l-ewwel dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, malli ġie ppublikat ir-rapport tal-Bord tal-Inkjesta … fejn saħaq li l-Istat għandu jġorr ir-responsabbiltà dwar l-assassinju tal-ġurnalista, u insista fuq il-midja soċjali li din għandha sservi ta’ lezzjoni – bin-nies fuq il-media socjali jghidulu li dan mhux żmien il-lezzjonijiet iżda żmien l-azzjonijiet ċerti u skjetti.

Carmelo Abela għażel ukoll li jaħrab milli jwieġeb dwar ghal liema raġuni Robert Abela ġab ruħu miegħu mod u mad-Deputat Laburista Rosianne Cutajar mod ieħor, fejn lil waħda warraba mill-Kabinett u lil Carmelo żammu miegħu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru….iżda għal darb’oħra naqas milli jwieġeb.

Intant hekk kif issa infetħu l-applikazzjonijiet għal Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2021…Net News staqsa lil Ministru meta l-Gvern Laburista se jogħġbu jimplimenta l-liġi tal-Paternal Leave; liġi Ewropea xprunata mill-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa…b’Abela jisħaq li l-missirijiet ġodda Maltin u Għawdxin fadlilhom jistennew sa Awwissu tas-sena d-dieħla…..sentejn wara li l-liġi għaddiet fl-Unjoni Ewropea.