Internazzjonali

Ċina: Ambaxxatur ġdid għaċ-Ċina fl-Istati Uniti

Il-Gvern Ċiniż ħabbar li wieħed mill-eqreb kollaboraturi tal-President Xi Jinping inħatar bħala l-Ambaxxatur taċ-Ċina għall-Istati Uniti.

Dan fi żmien fejn ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jinsabu fl-iktar livell baxx għal dawn l-aħħar snin b’diversi konfrontazzjonijiet dwar il-kummerċ, id-drittijiet tal-bniedem, cybersecurity u l-oriġini tal-pandemija tal-Covid.

Iżda filwaqt li Joe Biden naqqas ir-retorika li kien juża l-predeċessur tiegħu Donald Trump, xorta waħda il-politika tal-President attwali lejn iċ-Ċina hi waħda ta’ konfront.