Lokali

Covid-19: 95 każ ġdid, ifiqu 229 – żewġ persuni jinsabu fl-ITU

95 każ ġdid ta’ Coronavirus matul l-aħħar 24 siegħa. Skont ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, 229 persuna fiequ mill-virus biex għaldaqstant il-każi attivi issa huma 2,060.

Matul dawn l-aħħar sigħat in-numru ta’ persuni mlaqqma issa tela’ għal 751,546 bi 375,373 minnhom jinsabu vaċċinati b’mod sħiħ.

Bħalissa hemm 33 persuna rikoverati fl-Isptar Mater Dei b’żewġ persuni qed jingħataw l-kura fl-ITU.