Lokali Parlament

DALGĦODU: Fil-Parlament kompla jiġi diskuss l-iskandlu ta’ Rosianne Cutajar

Ebda tmiem għas-saga ta’ Rosianne Cutajar hekk kif dalgħodu l-Kumitat Parlamentari għall-Istandards se jkompli jiddiskuti l-ksur ta’ etika minn naħa tad-Deputat Laburista.

Il-każ huwa dwar eluf illi daħħlet Cutajar minn konvenju li kien qed isir fuq proprjetà fl-Imdina li ried jixtri l-imprenditur Yorgen Fenech; sid il-kumpanija 17Black.

Dalgħodu fit-8:30am mistennija titlaqqa’ seduta oħra tal-Kumitat Parlamentari li diġa’ beda jisma dan il-każ serju. U issa, id-deputati tal-PN iridu li quddiem il-Kumitat jittella’ jixhed Charles Farrugia (It-Tikka) li huwa l-ħabib ta’ Rosianne Cutajar.