Lokali

“Ieqfu għadduna bi żmien – ieqfu għamlulna ħajjitna aktar diffiċli milli hi” – MEIA

“Is-sitwazzjoni diġà diffiċli kif inhi, ieqfu għamluha itqal.”

Dan kien l-appell tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Industrija tad-Divertiment u l-Arti fejn saħqu li minkejja l-laqgħat varji li kellhom mal-Awtoritajiet rigward diversi skemi u linji gwida…s’issa għad m’għandhom l-ebda idea dwar x’se jiġri wara s-16 ta’ Awwissu…bis-sitwazzjoni tagħmilha impossibli biex wieħed jippjana wara din id-data.

L-MEIA spjegat li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma tistax tawtorizza risk assessments, l-produtturi ma jistgħux jikkommettu l-impenji tagħhom jew jiftehmu mal-artisti biex jilħqu jippjanaw avvenimenti…pjanar li jirrekkjedi tul ta’ żmien f’industrija li l-organizzazzjoni ma sseħx mil-lum għal għada.

L-Assoċjazzjoni saħqet li b’pajjiżna issa kważi qed joqrob il-85% tal-herd immunity grazzi għar-roll out tal-vaċċin issa din l-industrija għandha bżonn pjanar serju biex terġa tibda topera.

Huma saħqu li l-membri tagħha qed iħossuhom li l-Awtoritajiet qed jiżżufjettaw bihom u insistew li dan id-dewmien kollu qed jaffettwa l-għajxien ta’ bosta.

https://www.facebook.com/meia.mt/posts/359006015829664?cft[0]=AZVWJciPAzKE0MZ5jwF1FVWWfdKg5Vz8wNaAyArY47Y4ZJ8-JQBlmBvjeuiSqVsE9POX3LmQ8Xv5ZNKttGCl-NfVW5a-drMPoeIzdIuYFGj41_wgglTmGlsypMRBAqdg7o639nIgZGampwSsdOrfJ8z_&tn=%2CO%2CP-R