Lokali

Il-membri tal-Kabinett għandhom jaraw li tintrefa’ r-responsabbiltà – Bernard Grech

Il-membri tal-Kabinett ta’ Joseph Muscat, li ħafna minnhom għadhom fil-kariga sal-lum, iridu jaraw li tintrefa’ r-responsabbiltà għall-kultura ta’ impunità.

Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-ewwel reazzjoni tiegħu, fuq il-media soċjali, għar-rapport maħruġ aktar kmieni bl-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Bernard Grech qal li l-Inkjesta kienet ċara, li l-assassinju tal-ġurnalista wasal wara n-nuqqas ta’ azzjoni b’mod kollettiv mill-Gvern.