Lokali

AĠĠORNATA: Ippubblikat ir-rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

Ftit tal-ħin ilu, il-Bord li mexxa l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia permezz ta’ digriet preżenta r-rapport sħiħ ta’ l-istess inkjesta lill-Prim Ministru u r-rapport ġie ukoll ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Il-Prim Ministru informa lill-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia b’dan l-iżvilupp u talab ukoll lill-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti biex għada jitlaqqa’ l-Parlament sabiex ikun diskuss dan ir-rapport.

Il-Bord tal-inkjesta kien immexxi mill-Imħallef Michael Mallia, flimkien mal-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.