Lokali Qtil Politiku

KONFERMA: “Evidenza li tipponta lejn Keith Schembri, uffiċjali tal-Pulizija u oħrajn f’Kastilja”

“Hemm evidenza tal-involviment ta’ uffiċjali pubbliċi, fosthom Keith Schembri u oħrajn fl-uffiċċju tiegħu, kif ukoll membri fil-Korp tal-Pulizija żgur wara d-delitt biex b’xi mod jgħinu lill-allegati eżekuturi”.

Din hija waħda mill-ħafna konklużjonijiet li joħoru mill-inkjesta indipendenti li ġie preżentata llum, u li tmexxiet minn tliet Imħallfin.

L-Inkjesta Pubblika sabet lill-Istat ħati li kellu jevita dan il-qtil, filwaqt li tipponta b’mod iebes ħafna lejn uffiċjali prominenti f’Kastilja – fosthom Keith Schembri, li kien il-wiċċ tal-Gvern Laburista.

Ir-rapport jgħid ukoll li membri għoljin fil-Korp kienu involuti fi ħbiberiji mhux xierqa wara li seħħ dan id-delitt makabru. U jinsisti li s-sens ta’ impunità kien mifrux f’kull livell “qisha qarnita”. Fil-fatt, ir-rapport isemmi r-rabta bejn “ċirku ristrett ta’ politiċi, negozjanti u kriminali.