Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Basketball 3X3 : L-Istati Uniti jirbħu l-midalja tad-deheb

(Ritratt: EPA)

It-tim tan-nisa tal-Istati Uniti rebaħ l-ewwel midalja Olimpika fil-basketball 3 X 3 wara li fil-finali għelbu lit-tim tal-Kumitat Olimpiku Russu 18 – 15 . Fil-finali 7 punti minn Stefanie Dolson ta’ Chicago Sky filwaqt li Kelsey Plum għamlet ħames punti . Anastasiia Logunova kienet l-aħjar skorer għar-Russja b’sitt punti. Preżenti wkoll fl- Aomi Urban Sports Park il-President tal-Kumitat Olimpiky Internazzjonali Thomas Bach. Iċ-Ċina rebħet il-midalja tal-bronż wara li għelbet lil Franza 16-14 Fil-finali tal-irġiel rebħa drammatika għal Latvija fuq ir-Russja, deċiża bl-aħħar basket 21 – 19. Diżappunt għal favoriti tal-kompetizzjoni – is-Serbja li kellhom jikkuntentaw bil-midalja tal-bronż wara li għelbu lil Belgju 21 – 10