Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Għawm : Caeleb Dressel bl-ewwel midalja tad-deheb individwali

(Ritratt: EPA)

L-Amerikan CELEB DRESSEL rebaħ l-ewwel midalja tad-deheb indivdwali tal-karriera fil-100 metru freestyle fejn kiser rekord Olimpiku b’ħin ta’ 47.02. Hu daħal 0.06 sekondi qabel l-Awstraljan Kyle Chalmers li rebaħ il-fidda, b’Kliment Kolsenikov jieħu l-midalja tal-Bronż b’ħin ta’ 47.44 sekondi.

Dressel rebaħ id-deheb f’Rio fil-4X100 metru freestyle u fil-4X100 metru individual medley, iżda din kienet l-ewwel midalja tad-deheb li rebaħ invidwalment fl-Olimpjadi.