Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Ġinnastika : Sunisa Lee tkompli d-dominanza tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Sunisa Lee rebħet il-midalja tad-deheb fil-ġinnastika all-around tan-nisa biex kompliet id-dominanza tal-Istati Uniti f’dan l-isport, minkejja l-assenza ta’ Simone Biles, li rtirat minn dan l-avveniment minħabba s-saħħa mentali tagħha. B’dan it-titlu, l-Istati Uniti rebħu dan l-avveniment għall-aħħar ħames edizzjonijiet tal-Olimpjadi.

Il-Brażiljana Rebeca Andrade rebħet il-fidda bħalma għamlet f’Rio fl-2016, filwaqt li Angelina Melnikova mill-Kumitat Olimpiku Russu kisbet il-midalja tal-Bronż.