Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Sparar : It-tieni dehra ta’ Eleanor Bezzina

Fl-Asaka Shooting Range f’Tokjo, it-tieni dehra tat-tiratrici Eleanor Bezzina fl-ewwel ġurnata tal-pistol precision fuq distanza ta’ 25 metru. Wara tlett provi, Bezzina tinsab fis-17 il-post flimkien ma’ tlett tiraturi oħra minn fost 44 parteċipant. F’total ta’ 288 medja ta’ preċiżjoni 9.633, Bezzina għamlet serje ta’ 96 ; 97 ; 97 Il-kompetizzjoni tkompli għada filgħodu bit-tieni serje dejjem fuq distanza ta’ 25 metru. Għada fl-Istadium Olimpiku ta’ Tokjo tidħol fl-azzjoni l-atleta CARLA SCICLUNA fil-heat numru 3 tal-100 metru. F’Tokjo Carla Scicluna hija flimkien mal-kowċ Mario Bonello.