Jiri Liptak tar-Repubblika Ċeka rebaħ il-midalja tad-deheb fit-trap biex għeleb lil kompatrijott David Kostelecky fl-Asaka Shooting Range f’Tokjo. Liptak li temm fit-tieni post fil-Kampjonati Ewropej skorja seba’ punti għas-sitta ta’ Kostelecky fix-shoot off, biex rebaħ id-deheb.
Iċ-champion mondjali kif ukoll Ewropew, il-Brittaniku Matthew Coward-Holley, temm fit-tielet post fejn laqat 33 target biex ħa l-midalja tal-Bronż.
//= $special ?>