Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Sparar : Perilli tirbaħ l-ewwel midalja għal San Marino

(Ritratt: EPA)

Alessandra Perilli rebħet l-ewwel midalja tal-Bronż fl-istorja tal-Olimpjadi għal San Marino hekk kif klassifikat fit-tielet post fit-trap fl-Asaka Shooting Range. B’hekk San Marino sar l-iżgħar pajjiż li qatt rebaħ midalja fl-Olimpjadi, b’popolazzjoni ta’ ftit aktar minn 33,000 persuna.

Dan kien it-tieni attentat ta’ Perilli fl-Olimpjadi u l-25 dehra ta’ San Marino fil-Logħob Olimpiku. Il-midalja tad-deheb intrebħet minn Rehak Stefecekova tas-Slovakkja filwaqt li Kayle Browning kisbet il-midalja tal-fidda.