“Il-Partit Laburista għandu minnufih, mingħajr ebda tkaxkir tas-saqajn, ikeċċi lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat mill-Partit Laburista”
Hija din l-għajta tal-għaqda Repubblika illi il-Ħamis filgħaxija nġabru fi Pjazza Kastilja fi protesta sabiex apertament jagħmlu t-talbiet tagħhom …wara li r-rapport tal-inkjesta indipendenti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie ppubblikat.
Repubblika appellat li l-Gvern ta’ Robert Abela, flimkien mal-Ministri u uffiċjali tiegħu li dwarhom ħarġu l-konklużjonijiet mill-Bord ta’ Inkjesta biex minnufih jerfgħu r-responsabbiltà meħtieġa minnhom.
Persuni li nġabru quddiem Kastilja saħqu li l-Membri tal-Kabinett għandhom jirreżenjaw minnufih u minflok ikun ifformat Gvern li jeskludi għal kollox lil kull min huwa responsabbli għall-ħtija li sabet din l-inkjesta. Dan filwaqt li sostnew li l-Partit Laburista għandu dmir li jara li ma jkun irrappreżentat minn l-ebda persuna li kienet responsabbli mill-aġir deskritt mir-rapport f’elezzjoni futura.
Intant, l-għaqda saħqet li l-Istat għandu formalment jitlob apoloġija u joffri riżarċiment lill-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia – għat-telfa li iġarrbu.
Hija talbet sabiex l-istituzzjonijiet jaġixxu immedjatament sabiex iwettqu l-prosekuzzjonijiet li l-inkjesta iddertminat li missihom ilu li saru.
Repubblika insistiet li għandu jitwaqqaf kumitat inter-istituzzjonali bis-sehem tas-soċjetà ċivili sabiex jiġi diskuss fid-dettall u jitwettqu r-riformi porposti fl-inkjesta ….u kemm jista jkun dawn ir-riformi jitwettqu qabel ma’ tissejjaħ elezzjoni ġenerali.
Preżenti kien hemm ukoll membri tal-Moviment Graffitti li saħqu li l-kriminalità ta’ dawk li għandhom il-poter politiku jew ekonomiku, poter mifrux mal-Gżejjer Maltin – twassal għall-impunità.
Huma sostnew li l-ebda stat f’Malta ma jista’ jiggarantixxi l-prevenzjoni tal-impunità jek ikollu d-dejn ma’ korporazzjonijiet b’interessi privati.
Kelliema għal dan il-moviment saħqu li kieku ma kienx hawn impunità fil-pajjiż….u istituzzjonijiet dgħajfa..Daphne Caruana Galizia ma kienetx tinqatel f’karozza bomba.
Dan filwaqt li tħabbar li membri minn Repubblika talbu sabiex jinfetaħ il-Qorti b’urġenza bil-għan li għada waqt is-seduta parlamentari speċjali uħud mill-membri jitħallew jattendu għaliha fl-istrangers gallery. Dan wara li l-Ispeaker Anġlu Farrugia rrifjuta t-talba formali tagħhom sabiex jagħmlu proprju dan.
Intant, eżatt wara li spiċċa l-Eżekuttiv fid-Dar Ċentrali żar Pjazza Kastilja l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu AnneMarie Grech.
Preżenti kien hemm ukoll numru ta’ deputati u kandidati tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>