Futbol Sport

Telfa minima u eliminazzjoni għal Gżira

RIJECA ………… 1 (3)

GŻIRA ………… 0 (0)

Rijeca: N.Labrovic, J.Escoval, N.Galovic, H.Smolcic, I.Tomecak, A.Vuckevic, G.Cerin, D.Pavcic, A.Issah, P.Ampem, J.Drmic

Gżira: J.Haber,N.Poretlli, S.Borg, B.Mentz, Thiaguinho, Z.Scerri, J.Mendoza, S.Pisani, M.Davis, M.Samurai, D.Correa

Referee: V.Banari

Assistenti Referees: A.Bodean, D.Borisov

Gżira sfaw megħluba barra minn darhom fil-Kroazja kontra Rijeca bl-iskor ta’ 1-0, biex b’hekk tilfu b’aggregate ta’ 3-0. Minkejja li Gżira kellhom iċ-ċansijiet tagħhom kienu Rijeca li skorjaw l-uniku gowl tal-partita fis-27 minuta meta minn pass ta’ Tomecak, kien Josip Drmic li kkonkluda wara Justin Haber u aċċerta mill-kwalfikazzjoni għat-tielet rawnd tal-UEFA Conference League għal Rijeca.

Fil-kompetizzjonijiet Ewropej issa jifdal biss Hibernians li se jkun qed jiltaqgħu kontra Riga FC tal-Latvja fit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League.