Lokali

COVID-19: 111-il każ ġdid

Konfermati 111-il każ pożittiv ġdid ta’ Covid-19 f’pajjizna, bil-każi attivi issa jammontaw għal 1,972. It-total ta’ każi li Malta rat mill-bidu ta’ din il-pandemija f’Marzu tal-2020 … issa telghu għal 34,201.

Min-naħa l-oħra, fortunatament, fl-aħħar sigħat fiequ 199 persuna minn dan il-virus, filwaqt li sal-Ħamis, ingħataw aktar minn 755,000 doża tal-vaċċin, bi ftit aktar minn 398,000 persuna issa huma kompletament imlaqqmin. Kien spjegat ukoll li l-età medja tal-persuni li rriżultaw pożittiv fl-aħħar sigħat hi 33.

L-għadd ta’ mwiet kawża tal-pandemija f’pajjiżna baqa’ 423, hekk kif fortunatament, ħadd ma tilef ħajtu fl-aħħar sigħat.

Bħalissa, fl-Isptar Mater Dei qed hemm 36 persuna li qed jingħataw il-kura.. b’persuna tingħata l-kura fl-ITU.