Internazzjonali

Hong Kong: Disa’ snin ħabs wara li saq għal fuq il-Pulizija

Raġel minn Hong Kong kien ikkundannat għal disa’ snin ħabs wara li saq mutur għal fuquffiċjali tal-pulizija — u waqt li hu kien qed ixejjer bandiera b’messaġġ ta’ sfida lill-awtoritajiet lokali li qed jimplimentaw il-politika taċ-Ċina.

Tong Ying-kit – li dakinar kien qed iġorr bandiera b’messaġġ favur  ‘rivoluzzjoni’ u ‘Hong Kong ħieles’ – aktar qabel kien instab ħati bħala ‘protagonista ta’ moviment kontra l-awtoritajiet ta’ Hong Kong’ kif ukoll dwar ‘terroriżmu’.

Hu kien l-ewwel raġel li spiċċa akkużat taħt il-liġi kontroversjali ta’ Hong Kong li tirrigwarda s-sigurtà nazzjonali. Intant, il-verdett, filwaqt li hu sinifikanti, kapaċi jservi bħala ‘mudell’ għal kif każijiet simili jkunu interpretati fil-futur.

Sadanittant, spiċċaw arrestati ‘il fuq minn 100 ruħ mindu l-liġi daħlet fis-seħħ, fl-2020 – bil-kritiċi jfissru l-liġi bħala ‘daqqa ta’ ħarta lill-kunċett tal-awtonomija għal Hong Kong.’