Internazzjonali

Il-Covid fiċ-Ċina: Firxa inkwetanti ta’ każi

Epidemija tal-Covid pjuttost ġdida u li nstabet għall-ewwel darba fil-belt ta’ Nanjing issa nfirxet lejn ħames provinċji tal-pajjiż u l-kapitali Beijing.

Dan waqt li l-media qed tfisser dawn il-każi bħala ‘l-aktar mewġa estensiva ta’ infezzjonijiet wara l-epidemija inizjali tas-sena l-oħra f’Wuhan (fiċ-Ċina)’.  

Mal-200 persuna spiċċaw infettati mindu l-virus instab għall-ewwel darba fl-ajruport ta’ Nanjing, fl-20 ta’ Lulju.

Intant, it-titjiriet kollha minn Nanjing se jkunu sospiżi sal-11 ta’ Awwissu – bl-uffiċjali qed jibdew il-programmi tat-testijiet madwar il-belt, fost kritika ‘għall-policies falluti tagħhom’. Dan ifisser li d-9.3 miljun residenti kollha f’Nanjing jridu bilfors jgħaddu mit-testijiet speċifiċi.