Lokali Parlament Qtil Politiku

Il-Gvern iċaħħad lis-soċjetà ċivili milli tkun preżenti fil-Parlament

Dalgħodu, il-membri tal-Gvern ċaħħdu lis-soċjetà ċivili milli tkun preżenti fl-istrangers gallery biex issegwi d-dibattitu Parlamentari dwar l-Inkjesta Pubblika li ġiet ippubblikata ilbieraħ.

Kien il-whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li ressaq din it-talba f’isem is-soċjetà ċivli, iżda n-naħa tal-Gvern irreżistiet din it-talba u ma tatx permess li jkun hemm preżenti nies fl-istrangers gallery. Man-naħa tal-Gvern kien hemm ukoll il-Prim Ministru innifsu – bid-deputat Laburista Rosianne Cutajar eżatt warajh.

Intant, fuq barra tal-Parlament, spikkat preżenza akbar mis-soltu ta’ membri mill-Korp tal-Pulizija. Inġabru wkoll numru ta’ attivisti mis-soċjetà ċivili, opinjonisti u akkademiċi.