Lokali

Ix-xandir tal-istat ma jieħu ebda responsabbiltà għal dak li ħareġ mill-inkjesta pubblika

Għaċ-Chairman tal-PBS… l-istazzjon nazzjonali huwa stazzjan imparzjali u qatt ma ħares lejn wiċċ ħadd. Iżda l-inkjesta pubblika li ġiet ipubblikata l-Ħamis għandha fehema differenti minn dak li qal Mark Sammut. 

L-inkjesta pubblika speċifikament tgħid li x-xandir pubbliku kien naqas mid-dover tiegħu ta’ imparzjalità meta ma kienx korrettament u adegwatament irraporta u tratta l-allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni li ġew żvelati b’riżultat ta’ ġurnaliżmu investigattiv.

Iżda quddiem dan kollu… Mark Sammut ma kellu ebda tweġiba x’jagħtina… tant li għal darba darbtejn ma weġibx għall-mistoqsija li għamillu Net News.

U hekk kif illum saret konferenza tal-aħbarjiet fejn matulha tnieda l-process għall-identita l-ġdida tal-istazzjon nazzjonali, skont iċ-Chairman tal-PBS ma kienx hemm finanzjament addizzjonali sabiex jibda dan ir-rebranding.

U minkejja li l-istazzjon nazzjonali jingħata għajnuna finanzjarja kbira mill-Istat, xorta qed jagħmel ammont kbir ta’ dejn. B’Mark Sammut ma jiċħadx li dan huwa minnu.