Lokali Parlament

Jeħtieġ rikonoxximent għall-ġurnaliżmu u ringrazzjament għal Daphne

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia sostniet il-parlament dalgħodu li jeħtieġ rikonoxximent għall-ġurnaliżmu u ringrazzjament għal Daphne Caruana Galizia.

Fil-parlament Therese Comodini Cachia rringrazzjat lil Daphne Caruana Galizia u qalet li hi kienet is-sagrifiċċju biex jissalva dan il-pajjiż milli jsir stat tal-Mafja. Hi sostniet li kull deputat hu obbligat lejn Daphne bħala ġurnalista u kulħadd għandu jiddikjara li xogħlha kien veritjier.

Id-deputat Nazzjonalista rringrazzjat lill-familja tagħha għas-sagrifiċċju li għaddej minnha minħabba li f’Kastilja inħadmet kampanja aggressiva biex toqlot ġurnalista Maltija li kellha l-kuraġġ tieqaf lill-Gvern.

Hi sostniet li l-Gvern Laburista ma ta ebda rispett lill-ġurnalisti anzi ra lil Daphne bħala għadu tiegħu. Għalhekk sar minn kollox biex ikun permess li Daphne tinqatel; ħadd ma kellu l-kuraġġ li jqum u jgħid li Daphne kienet qed tgħid il-verità fl-interess tal-pajjiż.

Kull deputat għandu jirrealizza li din hi l-verità; fil-pajjiż kien permess li tinqatel ġurnalista u ħadd ma qam u qallha grazzi tax-xogħol li għamlet. Ħadd ma qal grazzi lill-familja ta’ Daphne li, f’dawn il-mumenti diffiċli, ħasbu wkoll kif dan il-pajjiż jista’ jimxi ‘il quddiem.

Dawn kienu mgħajra mill-Gvern u saħansitra qalu li kien hemm membri tal-familja stess li qalu li iriduha tinqatel. L-inkjesta pubblika hi ċ-ċavetta biex il-pajjiż isir; dan hu biss il-bidu ta’ proċess ta’ rikonċiljazzjoni li qabel jibda irid ikun proċess li kull deputat jrid jirringrazzja lil Daphne dwar dak li kitbet.

Il-Prim Ministru qam jitkellem mhux għax kellu l-għażla għax fil-verità kien il-konsulent tal-Gvern f’dak il-perjodu. Ir-rikonoxximent lejn il-ġurnalisti għandu jkun wieħed konkret u mhux kif irid il-Prim Ministru. Kull deputat għandu jiddikjara li kull ġurnalist hu meħteġ għas-saltna tad-dritt u għad-demokrazija fil-pajjiż.