F’Whatsapp Chat bejn Yorgen Fenech – akkużat b’kompliċita fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u Edward Zammit Lewis, il-Ministru Zammit Lewis jispiċċa jgħajjar lill-Laburisti “ġaħan”.
Fil-messaġġ Zammit Lewis jisħaq li “Tfal u pożi….. imma hekk irid il-Laburist ġaħan… min jaqdih.”
Dan filwaqt li lura f’April tal-2019… Zammit Lewis bagħat messaġġ lill Fenech bil-kitba… “Kburi li nafek”. Dan wara li sar magħruf li Yorgen Fenech huwa s-sid tal-kumpanija 17-black.
Dan ġie ppreżentat fil-Qorti permezz ta’ nota mill-avukati ta’ Yorgen Fenech.
L-avukati ta’ Fenech għamlu referenza għal dak li qal fit-30 ta’ Ġunju li għadda, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li hu wkoll wieħed mill-avukati tal-familja Daphne Caruana Galizia, waqt diskors fil-Parlament għamel referenza għal messaġġi misjuba fuq il-mobile ta’ Yorgen Fenech. F’diskors li kien għamel Azzopardi fil-Parlament, kien qal li f’chat fuq WhatsApp ma’ Yorgen Fenech, Ministru tal-Gvern għajjar lill-Laburisti bħala “ġaħan”.
//= $special ?>