Fi stqarrija konġunta tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta u l-Għaqda tal-Pawlini tħabbar li fid-dawl tad-direttivi fis-seħħ, hekk kif stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, l-pellegrinaġġ bil-vara ta’ San Pawl li kellu jsir il-Ħadd 5 ta’ Settembru 2021 mhux ħa jsir.
Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta u l-Għaqda tal-Pawlini appellaw biex filwaqt li nħarsu s-saħħa ta’ xulxin, nibqgħu inpoġġu s-saħħa tal-poplu tagħna taħt il-ħarsien tal-Appostlu Missierna San Pawl.
//= $special ?>